Minn Issa ‘L Quddiem Il-Pulizija Bil-‘BodyCams’
Tħabbret sistema ta’ bodycams li se tgħin f’aktar kontabbilità u trasparenza fil-Korp tal-Pulizija. B’investiment ta’ aktar minn miljun ewro, dan il-proġett se jwassal biex ikollna soċjetà aktar sigura, tenna l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri.
Dawn se jservu bħala għodda biex il-pulizija tiġġieled il-kriminalità filwaqt li toffri servizz aħjar liċ-ċittadin hekk kif il-filmati se jservu biex il-provi kollha meħtieġa għall-investigazzjonijiet jingħataw fl-iqsar ħin possibbli.
Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà qal li dan huwa l-ewwel proġett tax-xorta tiegħu f’pajjiżna. Mil-lum ‘il quddiem kull uffiċjal tal-pulizija operattiv li se jkun qed jiġi f’kuntatt mal-pubbliku se jkun qed juża dan l-apparat.