Minn Nhar It-Tnejn, Persuni Minn 16-II Sena ’L Fuq Jistgħu Jirreġistraw Għall-Vaċċin
Ġie mħabbar li minn nhar it-Tnejn li ġej, persuni li għandhom ’il fuq minn 16-il sena jistgħu jirreġistraw sabiex jieħdu t-tilqima kontra l-COVID-19.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne tkellem kif il-Gvern qiegħed ukoll jaħseb għas-sentejn li ġejjin, sabiex jekk ikun hemm il-bżonn, pajjiżna jkollu miljun doża oħra ta’ tilqim kontra l-COVID-19 u l-varjanti tiegħu.
Il-Ministru attribwixxa t-tnaqqis fil-każi attivi għall-miżuri restrittivi li ddaħħlu fis-seħħ fl-aħħar ġimgħat u għall-għoti tal-vaċċin. Tkellem fuq l-importanza li l-miżuri jibqgħu jiġu osservati u aċċena għal fatt li sal-lum ngħataw aktar minn 395 elf doża, b’130 elf ruħ diġa tlaqqmu kompletament.
Ritratt: Connecticut Children’s