Miriam Dalli Tinkixef! Ara X’ġara Waqt Li Kienet Qed Tindirizza Laqgħa Online

Waqt li dalgħodu l-Ministru Miriam Dalli kienet qed tindirizza webinar organizzat mill-Malta Chamber of SMEs, f’mument minnhom il-Ministru inkixfet li llum huwa għeluq sninha.
Wara li l-Ministru Dalli indirizzat dan il-webinar li għalih attendew mal-100 parteċipant, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia, li wkoll kien qed jindirizza dan il-webinar ħabbar li llum huwa għeluq snin il-Ministru Miriam Dalli u allura naturalment dawk kollha li kienu fil-panel bdew jitbissmu u l-Ministru bdiet tistħi. Naturalment ħafna mill-parteċipanti ta’ dan il-webinar mill-ewwel bdew jawguraw lill-Ministru f’dan il-mument ħelu.
Awguri Ministru Dalli f’isem it-tim ta’ Strada Rjali.