Mistiednin Jingħataw ’L Fuq Minn Nofs Miljun Dollaru F’Rigali!

 Mistiednin Jingħataw ’L Fuq Minn Nofs Miljun Dollaru F’Rigali!

Ġie rappurtat kif jumejn ilu sar avveniment sabiex jiġi ċċelebrat għeluq snin Scott Disick. Matul dan l-avveniment il-mistiednin kellhom l-opportunità li jgħażlu rigal għalihom stess. L-għażla kienet bejn arloġġi Rolex u ġojellerija mid-djamanti. 

Jidher li ngħataw ’l fuq minn nofs miljun dollaru  f’rigali lil kull min attenda għal dan l-avveniment. 

Wieħed jinnota ukoll li għal dan l-avveniment kien hemm preżenti l-ex mara ta’ Disick, Kourtney Kardashian u l-familjari tagħha.

Bla dubju l-mistiednin ħadu magħhom id-dar rigal li ser jibqa’ jfakkarhom meta Disick għalaq 38 sena!

X’taħsbu li kieku tkunu mistiedna għal dan it-tip t’avveniment u tmorru lura d-dar b’rigal bħal dak?

Ritratt: Page Six

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com