Moda Ġdida Fiċ-Ċina – Ipoġġu Annimali Ħajjin F’Kaxxi Misterjużi B’Riskju Ta’ Mard Ġdid

 Moda Ġdida Fiċ-Ċina – Ipoġġu Annimali Ħajjin F’Kaxxi Misterjużi B’Riskju Ta’ Mard Ġdid

Grupp t’attivisti favur l-annimali fiċ-Ċina, ffilmjaw trakkijiet lura fit-3 ta’ Mejju li għadda, fiċ-Ċentru tal-Belt Ċiniża Chengdu fejn hemmhekk sabu mal-156 kaxxa mgħobbijin bi ġriewi u frieħ tal-qtates li wħud minnhom kienu mejtin.

Dawn jidher li kienu fid-destinazzjoni biex jiddaħħlu ġo kaxxi li jinxtraw min-nies, imsejħa ‘Mystery box’ fejn fiha jsibu kemm oġġetti bħal arloġġi u anke annimali, saħansitra hamsters u sriep.

Din il-furja qed tkun ikkundannata bil-kbir anke minħabba l-fatt li l-kaxxa ma tkunx taf kemm iddum ma tinxtara, allura l-annimal ta’ ġo fiha kapaċi jmut.

Għal darb’oħra, apparti l-moħqrija kbira fuq l-annimali, dan l-aġir kapaċi jerġa’ jkun kaġun ta’ pandemija ġdida u differenti.
Possibbli ma jitgħallmux?
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com