Nhar Il-Ħadd Li Ġej Jiftħu L-Każini Tal-Banda

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, f’konferenza llum ħabbar li l-każini tal-banda ser jiftħu min-nhar il-Ħadd li ġej 6 ta’ Ġunju flok mit-Tnejn 7 ta’ Ġunju.
Dan wara li kien hemm talba minn każini tal-banda f’irħula fejn nhar il-Ħadd ser ikunu qed jiċċelebraw il-festa tagħhom.
Intqal ukoll, li mis-7 ta’ Ġunju, ir-ristoranti issa ser ikunu possibbli li jżidu l-imwejjed u jakkomodaw 6 persuni flimkien.
Ser jinfetħu wkoll it-teatri, iċ-ċinemas u l-barijiet.
Ritratt: Edwin Catania