Oliver Spiteri Mill-Ġdid Fit-Tmun ta’ Santa Lucia FC
![Oliver Spiteri Mill-Ġdid Fit-Tmun ta’ Santa Lucia FC](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/05/fdbc2e42c9339a1f2d4be193825955a12391284102-1400835094-537f0c16-620x348-1.jpg)
Oliver Spiteri mistenni li jerġa jmexxi lit-tim ta’ Santa Lucia FC matul l-istaġun 2021 / 2022 wara li f-firma kuntratt ta’ sena oħra mal-klub. Taħt il-gwida tiegħu, Santa Lucia FC, aktar ma jmur aktar qed jistabilixxu posthom fil-Kampjonat Premier u matul l-istaġun li għadda temmew l-impenji tagħhom fit-tmien post.
Il-ħidma fuq l-skwadra diġa bdiet tant li tlieta mill-plejers barranin li lagħbu mat-tim matul l-istaġun li għadda ser jerġaw jilgħabu mat-tim staġun ieħor.
L-attakant brażiljan Alan Da Silva Souza, kif ukoll id-difensuri Andre Fausto Rodrigues u Victor Luiz Prestes Filho ġeddew il-kuntratt b’sena oħra.
Ma dawn mistennija li jingħaqdu plejers oħra fil-ġimgħat li ġejjin fit-tentattiv li terġa tinbena skwdra kompetittiva oħra.
Ritratt: Santa Lucia FC / Times Of Malta