Park Ġdid F’San Ġwann B’Żona Għall-Pollinazzjoni Tan-Naħal
Is-Sindku tal-lokalità ta’ San Ġwann Trevor Fenech ħabbar li b’investiment ta’ aktar minn €300,000 u spazju ta’ madwar 1000 metru kwadru, il-lokal qed jagħti bidu għal proġett ta’ park ġdid f’San Ġwann. Din iż-żona se tiġi trasformata biex sabiex tospita lin-naħal u ttihom il-mezzi sabiex joħolqu għasel.
Partijiet speċifiċi fil-ġnien innifsu se jservu wkoll biex jedukaw lill-viżitaturi dwar kif jistgħu jikkontribwixxi għall-katina tal-ikel ekoloġika ġenerali. Il-kunsill lokali ta ’San Gwann se jkun qed jirċievi l-għajnuna ta’ Parks Malta fit-tħawwil, tisqija, żbir u manutenzjoni tal-pjanti.
Infatti dan il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni bejn Parks Malta, il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann u l-Ministeru tal-Enerġija, Intrapriża u Żvilupp Sostenibbli, immexxi mill-Onorevoli Miriam Dalli.
“Ħidma biex ikollna lokal aħjar u Malta aħjar għar-residenti u l-familji tagħhom… flimkien naslu dejjem”, tenna fuq il-midja soċjali s-Sindku Trevor Fenech.
Ara d-disinn propost fir-rigward ta’ dan il-proġett permezz tal-filmat t’hawn taħt: