Pittura Mill-Isbaħ Ta’ Destiny!

Ħafna huma dawk li qegħdin juru s-sapport tagħhom lill-ambaxxattriċi Maltija Destiny, fuq il-midja soċjali, iżda għajnejna waqgħu fuq din il-pittura mill-isbaħ ta’ Nickie Sultana Radojevic.
Nickie Sultana Radojevic għoġobha taqsam fuq il-midja soċjali din l-arti sabiex hija ukoll turi s-sapport tagħha lejn Destiny.
Dan kollu jkompli juri kemm verament għandna artisti bravi f’pajjiżna f’oqsma diversi!
Ritratt prinċipali: Facebook/ Nickie Sultana Radojevic