Premier Ingliż – Illum City jistgħu isiru Champions.. rebħa tajba ‘away’ għal Aston Villa

 Premier Ingliż – Illum City jistgħu isiru Champions.. rebħa tajba ‘away’ għal Aston Villa

L-aħħar fażijiet tal-Premier League fl-Ingilterra b’Manchester City l-Ħadd jistgħu isiru Champions jekk Liverpool jegħlbu lil Manchester United fil-klassika f’Old Trafford aktar tard.

Is-Sibt rebħa oħra komda għal Manchester City 2-0 f’Londra għand Crystal Palace b’Sergio Sguero ukoll lura għall-goal wara diversi ġimgħat.

Chelsea ukoll komplew bil-mixja pożittiva, rebħa identika 2-0 fuq Fulham, goal f’kull taqsima u doppjetta għal Kai Havertz.

2-0 ukoll għal Brighton f’darhom fuq Leeds, hawnhekk spikka goal sabiħ għal Danny Welbeck tard fil-partita u li bih issiġilla dawn it-tliet punti għat-tim tiegħu.

Filgħaxija rebħa tajba away għal Aston Villa li marru Goodison Park u għelbu lil Everton 2-1.

Fl-ewwel taqsima goal fuq kull naħa minn żewġ attakkanti li probabbilment naraw ħafna minnhom das-sajf waqt Euro 2020 bil-flokk tal-Ingilterra, Dominic Calvert-Lewin ġab id-draw għat-Toffees wara li Ollie Watkins kien poġġa lil Villa fil-vantaġġ.

Goal tar-rebħa għal Aston Villa tard fil-partita minn Anwar El-Ghazi.

Illum apparti l-klassika bejn Manchester United u Liverpool, Arsenal imorru għand Newcastle, illejla Tottenham jospitaw lit-tim diġa relegat Sheffield United.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com