Premier Konfermat bi 12.. Challenge League Maqsum Fi Tnejn.. Jaqgħu 2 Jitilgħu 4.. Taqa’ L-PlayOff

 Premier Konfermat bi 12.. Challenge League Maqsum Fi Tnejn.. Jaqgħu 2 Jitilgħu 4.. Taqa’ L-PlayOff

Il-Kunsill tal-Malta FA din il-ġimgħa kkonferma l-komposizzjoni tal-kampjonati għall-istaġun il-ġdid 2021/22 u li issa l-ħidma għaliħ diġa skattat, bil-Premier jibda fil-weekend ta’ Santa Marija u t-tama u l-ottimiżmu li wara l-aħħar żewġ staġuni, dan l-istaġun il-ġdid jibda biex jispiċċa fl-intier tiegħu u mhux ikollu jerġa jitwaqqaf ħesrem minħabba l-pandemija.

Kampjonat Premier bi tnax-il tim, jiġu relegati tnejn, mhux se jkun hemm il-Play-Off bejn it-tielet tim mill-aħħar fil-Premier u t-timijiet fit-tielet post fiċ-Challenge League.

Challenge League bi 22 tim, ħdax f’kull section, jitilgħu awtomatikament l-ewwel tnejn f’kull section, jaqgħu l-aħħar tlieta minn kull sezzjoni għan-National Amateur League.

Dan il-format il-ġdid ġie maqbul mill-klabbs kollha tal-Premier u ċ-Challenge League u għandu jwassal għal komposizzjoni regolari mill-istaġun ta’ wara b’14-il klabb fil-Premier u 16-il klabb fiċ-Challenge League fl-istaġun 2022/23.

Fl-istess laqgħa tal-Kunsill, mozzjoni ta’ Lija Athletic biex il-Premier jiġi bi ħmistax-il klabb m’għaddietx hekk kif fost 58 membru tal-kunsill eliġibbli għal vot, 30 ivvutaw kontra din il-mozzjoni, 20 astjenew, tmienja favuriha, biex b’hekk m’għaddietx.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com