Prinċep Philip Jaħseb F’Dawk Qrib Tiegħu Fit-Testment!

 Prinċep Philip Jaħseb F’Dawk Qrib Tiegħu Fit-Testment!

Jidher li d-Duka t’Edinburgh, il-Prinċep Philip fit-testment tiegħu jinkludi tlett min-nies li kienu fil-qrib tiegħu tul ħajtu. Intqal li l-Prinċep ħalla assi ta’ madwar £30 miljun warajh. 

Filwaqt li jidher li r-Reġina wirtet il-maġġoranza tal-assi tal-Prinċep, tlett irġiel li kienu jieħdu ħsieb lil Prinċep ġew ukoll inklużi fit-testment. Intqal li dawk huma Brigadier Archie Miller Bakewell, li kien is-segretarju privat tal-Prinċep u William Henderson u Stephen Niedojadlo li ukoll kienu jaħdmu qrib ħafna tal-Prinċep.

Jidher li l-karozzini tal-Prinċep intirtu minn neputija, Lady Louise.

Ħafna kienu qegħdin ibassru li Prinċep Harry jitħalla barra mill-wirt, iżda jidher li dan ma kienx il-każ.

Ritratt: The Sun

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com