Pulizija Tat-Traffiku Jittieħed L-isptar Wara Inċident Bil-Mutur

Pulizija mis-Sezzjoni tat-Traffiku kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Tas-Sliema.
Il-każ seħħ ftit wara s-siegħa ta’ waranofsinhar fi Triq it-Torri meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn il-mutur tal-Pulizija misjuq mill-uffiċjal u karozza.
Fil-post issejħu minnufih uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-uffiċjal l-isptar għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tal-Pulizija għadha mhux magħrufa.