Qabda Ta’ 5kg Droga Kokaina

 Qabda Ta’ 5kg Droga Kokaina

Żewġt irġiel ġew arrestati mill-Puliżija b’rabta ma’ sejba ta’ madwar ħames kilogrammi droga kokaina.

L-irġiel, wieħed Malti filwaqt li l-ieħor Taljan, ġew arrestati l-Ġimgħa filgħaxija f’San Pawl il-Baħar wara diversi ġimgħat t’osservazzjoni b’suspett ta’ traffikar tad-droga. 

Ir-raġel Malti allegatament kellu fil-pussess tiegħu 3 kilogrammi ta’ sustanza suspettata kokaina, filwaqt li r-raġel Taljan allegatament kellu moħbi fil-karozza 2 kilogrammi oħra mill-istess sustanza, flimkien ma’ ammont kbir ta’ flus kontanti. 

Il-pulizija qalet li kieku din id-droga kellha tinbiegħ fl-intir tagħha, il-valur fit-triq kien ilaħħaq il-250,000 ewro. Filwaqt li nħatret inkjesta dwar dan il-każ, l-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti dalgħodu quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia. 

Ritratt: One News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com