“Qed Inħoss Li Se Ġġib Il-Eurovision Malta” – Joseph Calleja Lil Destiny

“Qed inħoss li din is-sena se ġġib il-Eurovision Malta”, hekk kiteb it-Tenur Malti ta’ fama internazzjonali Joseph Calleja f’messaġġ biex jawgura lil Destiny qabel il-finali tal-lejla.
Calleja qal li llejla ser ikun biss l-ewwel pass fis-suċċess ta’ Destiny waqt li qal li minn meta kanta l-ewwel darba magħha, meta kellha biss 14-il-sena, għajnejh kienu dejjem fuqha.
Calleja, waqt li rrimarka li l-Eurovision mhuwiex il-favorit tiegħu, qal li Malta din is-sena għanda artista kompluta, b’vuċi impekkabbli u personalita’.
Joseph Calleja ħeġġeġ in-nies biex jivvotaw lil Malta.