“Qedgħin L-aqwa Fil-pjan Ta’ Vaċċinazzjoni Għax Konna Effiċjenti” Il-Prim Ministru Robert Abela
F’kollegament telefoniku, l-Prim Ministru u Mexxej tal-PL Robert Abela qal li fl-aħħar jiem ħass sens ta fiduċja u ottimiżmu u dan setgħa jsir għax il-gvern kellu pjan attiv mingħjar l-ebda estremiżmu madwaru. Robert Abela li bħal issa għadu qed jsegwi l-aħħar jiem ta kwarantina, qal li t-tnejn li għadda kienet ġurnata ta’ xogħol tajba għal diversi ristornati u oħrajn relatati mas-settur u segwiet ġimgħa pożittiva.
“Qedgħin l-aqwa fil-pjan ta vaċċinazzjoni għax konna effiċjenti, għax konna iffukati u konna nafu fejn nirridu mmorru” qal il-Prim Ministru. Għada se nilħqu milestone importanti għax se tiftaħ il-vaċċinazzjoni għal popolazzjoni kollha. Abela jisħaq li t-tellieqa tal-pandemija mhix kontra l-pajjiżi għax wara kollox aħna wkoll irridu minn dawn il-pajjiżi u li l-poplu li ġej minn dawn il-pajjiżi f’Malta jkun vaċċinat. It-tellieqa ewlenija tibqa kontra l-pandemija.
Il-Prim Ministru qal li l-Kummissjoni Ewropeja qed tipproġetta li din is-sena l-ekonomija tagħna se tkun qed tikber akbar mill-medja ewropeja u s-sena d-dieħla pajjiżna mistenni jkollu tkabbir akbar li huwa kwazi darba u nofs ta dak li mbassar għal bqijja ta pajjiżi ta l-Unjoni Ewropeja.
Abela qal ma’ jifhimx meta l-oppożizzjoni tifraħ għax qed jgħidu li pajjiżna mhux mistenni jkun inkluż fil-lista l-ħadra tar-Renju Unit fil-futur qarib. “Affarijiet li bħala ċittadin Malti ma nifhimx, li tifraħ bil-ħsara li jista’ jkollu pajjiżna”.
Dr Abela kien mistoqsi wkoll dwar l-użu tal-Kannabis għal skop personali.
Dwar dan is-suġġett il-Prim Ministru tenna li din ilha sseħħ f’pajjiżna għal snin twal u b’differenza għal amministrazzjonijiet oħra dan il-Gvern ma tefax din ir-realtà taħt it-tapit.
“Tlaqna billi nedejna l-prinċipji ġenerali f’whitepaper, inħarġet għal konsultazzjoni pubblika ta’ 6 ġimgħat u iva daħlu 350 kontribuzzjoni minn nies, ġenituri u żgħażagħ. Kien hemm fehmiet li kienu kuntrastanti u tifimha din u issa beda l-proċess li jiġu miġburin u magħsura l-prinċipji ġenerali tas-sottomissjonijiet u hemmhekk ngħaddu għal abbozz.”
Fil-fatt dwar dan il-proċess, il-Prim Ministru tenna li anke l-Partit Laburista ssottometta l-kontribuzzjoni tiegħu biex jibqa’ jkun il-partit tal-bidliet.
“Ta’ xi ħadd biss ma nistgħux nagħsru proposti, tal-Partit Nazzjonalista, għaliex għażel li jkun assenti. Li jkollok Partit politiku maġġuri f’dan il-pajjiż li ma jagħmilx sottomissjoni u tagħżel li tkun assenti hija xi ħaġa li ma nifhimiex.”