Raġel Isofri Minn Ġrieħi Gravi F’Inċident Fil-Fgura
Illum, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm inċident tat-traffiku fi Triq is-Sur, Fgura.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li seħħ impatt bejn mutur Yamaha misjuq minn raġel Taljan ta’ 25 sena li jgħix l-Fgura u karozza Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 24 sena li tgħix Raħal Ġdid.
Is-sewwieq tal-mutur ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin mill-Pulizija tad-Distrett.