Rapport Ieħor Li Jikkonferma L-Inġustizzji Ta’ Gvern Laburista – PN
Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija sostna li d-deċiżjoni tal-Ombudsman li għadha kif ġiet ppubblikata, għal darb’oħra tikkonferma l-inġustizzji illi seħħew fil-Korp tal-Pulzija minn Gvern Laburista ilum mmexxi mill-PrimMinistru Robert Abela.
Il-PN qal li l-Prim Ministru Robert Abela illum huwa għal darb’oħra ffaċċjat b’rapport tal-Ombudsman li jikkundanna kif il-Gvern illum mmexxi minnu kien il-moħħ fi proċess ta’ selezzjoni ‘parodija’ li permezz tiegħu persuni fil-Korp inqabżu u l-anqas biss ġew kkunsidrati għall-pożizzjoni ta’ Assistenti Kummissarji.
F’ħoġor Robert Abela hemm rapport ieħor tal Ombudman illi jikkundanna abbużi li saru taħt għajnejn, u bil-kunsnes, ta’ ministri li għadhom fil-kabinett tiegħu sal-lum sostna l-Partit Nazzjonalista.
Fl-istqarrija ffirmata mill-kelliem tal-PN Beppe Fenech Adami il-PN qal li Robert Abela għandu fuq spallejh ir-responsabilità politika għall-inġustizzji kollha li seħħew fil-Korp tal-Pulizija mis-sena 2013 sal-lum u li għadhom ma ġewx rimedjati.
Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ kommess li gvern ġdid Nazzjonalista jindirizza kull inġustizzja li seħħet minn Gvern Laburista, bil-kunsens tal-Ministri Laburisti, fil-Korp tal-Pulizija