Referee Spanjol (Ritratt) Għall-Finali Taċ-Champions League.. F’idejn Franċiż Il-Finali Tal-UEL

 Referee Spanjol (Ritratt) Għall-Finali Taċ-Champions League.. F’idejn Franċiż Il-Finali Tal-UEL
Se jkun ir-referee Spanjol Antonio Miguel Mateu Lahoz li se jikkontrolla l-finali tal-UEFA Champions League fid-29 ta’ Mejju li ġej bejn Mnachester City u Chelsea.
Il-Franċiż Clément Turpin se jikkontrolla l-finali f’Gdansk il-Polonja tal-UEFA Europa League bejn Villarreal u Manchester United.
Mateu Lahoz għandu 44 sena, kif għidna huwa Spanjol u ilu referee internazzjonali mill-2011.
L-ewwel darbba li se jikkontrolla l-finali tal-UEFA Champions League wara li serva bħala r-raba’ uffiċjal fil-finali ta’ sentejn ilu, ukoll bejn żewġ avversarji Ngliżi, Tottenham Hotspur u Liverpool FC lliema finali kienet intlgħabet Madrid u Liverpool kienu ħarġu rebbieħa 2-0 biex saru Champions tal-Ewropa dik is-sena.
Diġa kkontrolla sitt logħbiet fil-UEFA Champions League dan l-istaġun fosthom l-ewwel leg tall-Kwarti Finali bejn  FC Bayern München and Paris Saint-Germain.
Mateu Lahoz ukoll jinsab fil-pool tar-referees għall-Kampjonat Ewropew li issa jibda inqas minn xahar ieħor, UEFA EURO 2020.
It-Tim ta’ uffiċjali għall-finali tal-UEFA Champions League bejn Manchester City u Chelsea, nhar is-Sibt 29 ta’ Mejju.
Referee: Antonio Miguel Mateu Lahoz (Spain)
Assistants: Pau Cebrián Devis, Roberto Díaz Pérez del Palomar (both Spain)
4th official: Carlos del Cerro Grande (Spain)
VAR: Alejandro José Hernández Hernández (Spain)
VAR Assistants: Juan Martínez Munuera, Íñigo Prieto López de Cerain (both Spain)
Pawel Gil (Poland)
Sadanittant il-Kumitat tar-Referees tal-UEFA ħabbar ukoll li l-Franċiż Clément Turpin wse jmexxi l-finali tal-UEFA Europa League bejn Villarreal CF and Manchester United FC, li se tintlgħab fil-Gdańsk Stadium, il-Polonja nhar l-Erbgħa 26 ta’ dan ix-xahar.
Turpin ilu referee internazzjonali għal dawn l-aħħar ħdax-il sena.
Għandu 38 sena, dan l-istaġun ikkontrolla s-seba’ logħbiet mill-UEFA Champions League matches, u logħba mit-Tieni Leg tal-Fażi tat-32 tal-UEFA Europa League bejn PSV Eindhoven u Olympiacos FC.
Fis-sena 2018 Turpin kien ir-raba’ uffiċjal fil-finali tal-UEFA Champions League bejn Real Madrid and Liverpool fi Kievv l-Ukrajna, bħal Mateu Lahoz, ane dan l-uffiċjal jinsab fil-pool ta’ referees magħżula għall-Kampjonat Ewropew, UEFA EURO 2020.
It-Tim ta’ uffiċjali għall-finali tal-UEFA Europa League bejn Villarreal u Manchester United, nhar l-Erbgħa 26 ta’ Mejju.
Referee: Clément Turpin (France)
Assistants: Nicolas Danos, Cyril Gringore (both France)
4th official: Slavko Vinčić (Slovenia)
VAR: François Letexier (France)
VAR Assistants: Jérôme Brisard, Benjamin Pages (both France)
Paulus van Boekel (Netherlands).
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com