‘Restart’ – Grupp Li Qed Iħabbrek Biex Il-ħajja Soċjali U Kulturali Tingħata Lura Lill-Poplu

 ‘Restart’ – Grupp Li Qed Iħabbrek Biex Il-ħajja Soċjali U Kulturali Tingħata Lura Lill-Poplu

Restart huwa grupp fuq il-midja soċjali li qed iħeġġeġ lin-nies jiffirmaw petizzjoni biex f’pajjiżna, tingħata lura l-ħajja soċajli u kulturali.

Tennew li Malta issa tinsab ftit il-bogħod biex tkun laqqmet il-popolazzjoni adulta kollha kemm hi u qed juru diżappunt li mhux jitħallew jaħdmu. Dan b’referenza għas-settur ta’ divertiment soċjali u kulturali. Huma qed jitolbu lill-Gvern u lill-Awtoritajiet tas-Saħħa pubblika biex jesploraw il-possibbiltajiet kollha biex l-industrija tad-divertiment terġa’ tingħata nifs.

Qed jitolbu:

-skeda ta’ żmien dwar ir-restrizzjonijiet bir-rilaxx ippjanat fuq numru ta’ ġimgħat

-dawk biss li huma mlaqqmin totalment ikunu jistgħu jattendu

-l-avvenimenti jkunu kkontrollati permezz a’ dħul apposta biex ikun hemm moniteraġġ fuq min qed jattendi.

Saħqu li pajjiżi bħall-Ingilterra, l-Olanda u Spanja bdew jagħmlu hekk u kellhom suċċess.

Tista’ tiffirma l-petizzjoni hawnhekk: 👉 bit.ly/3hWAqvF

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com