Robert Cutajar Jagħmel Rapport L-Għassa – Xogħol Għaddej Sa Tard Billejl Anke F’Festa Pubblika

 Robert Cutajar Jagħmel Rapport L-Għassa – Xogħol Għaddej Sa Tard Billejl Anke F’Festa Pubblika

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-21.00, il-Membru Parlamentari Robert Cutajar għamel rapport l-għassa dwar il-fatt li anke f’festa pubblika, ix-xogħol fi Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa baqa’ għaddej sa tard bil-lejl.

Saħaq li dan huwa nuqqas ta’ rispett lejn ir-residenti għalkemm jifhem li x-xogħol irid isir. Ikkritika lill-Infrastructure Malta fejn qal li taħseb li tista’ tagħmel li trid u qal li jittama li dan mhux qed isir bil-barka tal-Kunsill Lokali Mellieħi.

Tenna wkoll li r-rapport għamlu fl-għassa tal-Qawra għaliex tal-Mellieħa kienet magħluqa.

Intom x’taħsbu dwar dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com