Safa Aggredit Minn Raġel B’Arma Li Taqta’
Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija, raġel ta’ 49 sena rrapporta fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid, li ftit ħin qabel, waqt li kien qiegħed fi Triq Nazzarenu, f’Raħal Ġdid, ġie aggredit minn raġel ieħor b’arma li taqta’ u bil-ponta.
Minħabba li l-vittma sofra ġrieħi f’wiċċu, il-Pulizija talbet għall-assistenza medika fejn ittieħed fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid. Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi u minn hemm, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-aktar assistenza.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ u bit-tfittxijiet għall-allegat aggressur.