Samantha Azzopardi Ħatja Bi Ħtif Ta’ Tfal

Samantha Azzopardi, frodista Awstraljana nbgħatet sentejn ħabs f’Melbourne, wara li nstabet ħatja ta’ ħtif ta’ tfal. Azzopardi kienet tuża identitajiet foloż sabiex twettaq dan l-aġir, fost dawn hija użat l-ismijiet ta’ Emily Peet, Lindsay Coughlin, Dakota Johnson, Georgia McAuliffe, Harper Hernandez u Harper Hart. Iżda wara dawn kollha kien hemm l-istess persuna; Samantha Azzopardi, ta’ 32 sena minn Sydney. Hija użat dawn l-identitajiet f’diversi postijiet inkluż l-Irlanda u l-Kanada. Jidher li Azzopardi kienet ukoll tuża kwalifikazzjonijiet foloz sabiex tapplika għal xogħlijiet ta’ nanny li tgħix fid-dar tal-individwu. Hija ħarġet ukoll żewġ titfal żgħar minn Victoria mingħajr permess.
Il-maġistrata Johanna Metcalf stqarret li l-mottiv wara dan l-att kriminali jibqa’ mhux magħruf.
Fil-passat Azzopardi kienet tgħid li kienet vittma ta’ traffikar sesswali. Minkejja li kellha inkwiet ma’ diversi awtoritajiet, fejn saħansitra ġili kienet deportata minn xi pajjiżi u anke marret il-ħabs għal xi żmien qasir, xorta waħda kien jirnexxilha tkompli twettaq l-aġir tagħha.
Kif intqal waqt is-smiegħ tal-kawża, Azzopardi ma kinitx tagħmel dan għal flus jew sabiex tikseb il-fama. Jidher li Azzopardi tbati li diżordni tal-personalità severa u kundizzjoni rari bl-isem ta’ ‘pseudologia fantastica’ li twassal sabiex wieħed jigdeb b’mod kontinwu.
Ritratt: Daily Mail