Se Jitkompla L-Kampjonat Nazzjonali Tas-Snuker

 Se Jitkompla L-Kampjonat Nazzjonali Tas-Snuker

Minn nhar it-Tnejn 31 ta’ Mejju ser jitkomplew il-Kampjonati kollha tal-snuker lokali. Dan ġie deċiż b’mod unanimu wara laqgħa tal-eżekuttiv tal-stess assoċjazzjoni li saret matul din il-ġimgħa. Għalhekk il-Kampjonati tal-ewwel, it-tieni u t-tielet diviżjoni flimkien mal-kategorija masters se jitkomplew fl-aħħar tax-xahar.

Rigward il-Kampjonat Premier, l-Eżekuttiv iddeċieda li għandhom ikunu l-plejers li jiddeċiedu jekk dan il-Kampjonat ikomplix minħabba li ser ikun hemm żewġ plejers li ser ikunu qegħdin jikkompetu f’kompetizzjoni barra minn xtutna u jista’ jkun hemm dewmien sabiex dan il-Kampjonat jitlesta.

Il-vot tal-plejers kien wieħed ċar hekk kif 80% tal-voti mitfuha ikkonfermaw it-tkomplija tal-Kampjonat Premier. Wara dan il-vot, il-plejers qablu ukoll biex wara l-fażi tal-gruppi, il-format jinbidel f’knock-out immedjatament u dan biex il-logħob jitlesta aktar malajr.

Fil-jiem li ġejjin ser tkun qed tiġi ppublikata l-iskeda tal-logħob kif ser ikunu mil-31 ta’ Mejju ‘l quddiem.

 

Ritratt: MBSA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com