Sejħa Mill-IKEA Dwar Prodotti Li M’Għandekx Tuża!

 Sejħa Mill-IKEA Dwar Prodotti Li M’Għandekx Tuża!

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur tgħarraf lill-pubbliku dwar sejħa li għamlet IKEA rigward platti, bowls, u mugs tal-marki ‘HEROISK’ u ‘TALRIKA’.

Dan wara li IKEA irċiviet diversi rapporti dwar il-ksur ta’ dawn il-prodotti illi potenzjalment jista’ jikkawża ħruq minħabba il-kontenut sħun. B’konsegwenza, il-prodotti ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

Il-prodotti affettwati huma elenkati fil-website: https://www.ikea.com/gb/en/customer-service/product-support/recalls/heroisk-talrika-plates-bowls-mugs-pubd0295880

Jekk xtrajt dawn il-prodotti inti mitlub li tieqaf tużahom immedjatament u tirritornahom lura minn fejn xtrajthom.

L-Awtorità tinforma lill-pubbliku li skont il-liġi, il-bejjiegħa huma obbligati li joffru rimedju lill-konsumaturi billi jipprovduhom b’tiswija jew bdil tal-prodott irtirat mis-suq.

Għal aktar informazzjoni jew mistoqsijiet wieħed jista’ jagħmel kuntatt mal-Awtorità fuq [email protected].

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com