Serqa Fil-Ġnien Tal-Gżira Fil-Lejl Li Għadda

Dal-lejl, għall-ħabta ta’ nofsillejl, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fil-Ġnien tal-Gżira.
Jidher li waqt li Ġermaniż ta’ 46 sena kien fl-imsemmi post, avviċinawh żewġt irġiel u aggredewh. Il-vittma prova jaħrab però l-aggressuri komplew jaggredewh, serqulu l-baskett u ħarbu minn fuq il-post.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei minħabba l-ġrieħi li sofra u ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet u bit-tfittxijiet għall-aggressuri.
Ritratt: Net News