Sewwieq Ta’ Mutur Ferut F’Ħabta Fl-Imrieħel

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ wara li kien involut f’inċident fil-bypass tal-Imrieħel għall-ħabta tad-9.00am.
Jirriżulta li l-mutur intlaqat minn vettura waqt li kien qed jinstaq lejn ir-Rabat.
Fuq il-post marru l-Pulizija u tim mediku minn Mater Dei. Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhux magħrufa, iżda l-ewwel indikazzjonijiet huma li weġġa’ b’mod gravi.
Kawża tal-inċident il-bypass lejn Ħ’Attard kellha tingħalaq, b’konsegwenza li nħolqot konġestjoni ta’ traffiku fl-inħawi.