‘Smiles With Miles’ – Inizjattiva Mill-Mara Tal-Prim Ministru Favur L-Eżerċizzju Fiżiku

Fil-jiem li ġej, il-mara tal-Prim Ministru Dr. Lydia Abela se tħabbar inizjattiva ta’ proġett nazzjonali favur l-eżerċizzju fiżiku u s-saħħa mentali.
‘Smiles with Miles’ hija app li se tkun imedija mis-Sibt li ġej, fejn kulħadd jista’ jniżżilha fuq il-mobile u joħroġ jimxi jew jiġri f’tentattiv li jilħaq miri speċifiċi li marbutin magħhom hemm diversi premji.
Iktar kemm jakkumulaw mili mill-popolazzjoni kollha, iktar se jinġabru l-fondi għal adoloxxenti fil-bżonn.
Inħeġġukom tibdew issegwu l-paġna Smiles with Miles għal iktar dettalji fil-jiem li ġejjin.