Stephanie Spiteri Ser Twassal Il-Vot Tal-Maltin Nhar Is-Sibt

Il-preżentattriċi tal-programm televiżiv Illum ma’ Steph, Stephanie Spiteri ser tkun qiegħda taqra l-voti tal-Malti fil-finali tal-Eurovision Song Contest, nhar is-Sibt li ġej. Minbarra li hija magħrufa għas-simpatija tagħha, din il-preżentattriċi għandha ukoll esperjenza twila fix-xandir u fil-qasam tal-ispettaklu.
Bla dubju, Malta kollha ser tkun ħerqana sabiex isegwi l-proċess tat-tqassim tal-voti li ser jiddetermina r-rebbieħa tal-Eurovision Song Contest 2021.
Ritratt: Facebook/ Stephanie Spiteri