Studju Jsib Li L-Vaċċin Tal-Astra Zeneca 97% Effettiv Kontra L-Varjant Indjan

 Studju Jsib Li L-Vaċċin Tal-Astra Zeneca 97% Effettiv Kontra L-Varjant Indjan

Il-vaċċin tal-Astra Zeneca huwa 97% effettiv kontra l-varjant Indjan tal-Covid-19. Din kienet il-konklużjoni ta’ studju li sar mill-Indraprastha Apollo Hospital fi New Delhi, l-Indja.

Ir-riċerka saret fost 3,300 persuna li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa u ngħataw il-vaċċin tal-Astra Zeneca.

Id-Direttur mediku fl-isptar, qal li l-istudju juri li 97% ta’ dawk li ħaduh kienu protetti mill-infezzjoni.

Skont l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) il-varjant Indjan daħal f’44 pajjiż madwar id-dinja fosthom pajjiżi Ewropej bħall-Ingilterra u Ċipru.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com