Taħseb Li T-Teknoloġija Ttellifna Milli Ngawdu L-Mument?

Taħseb li t-teknoloġija qiegħda ttellifna mit-tgawdija tal-mumenti speċjali? Fl-isbaħ waqtiet tal-ħajja sirt tara lil bniedem bil-mowbajl f’idejh sabiex jieħu ritratti jew vidjows ta’ dak il-mument. Imma fil-verità jkun qiegħed jgħix il-mument bl-aħjar mod? Jew iktar moħħu sabiex iżomm rekord teknologiku ta’ dak il-mument? Donnu l-bniedem sar jitlef is-sbuħija tal-pjaċir tal-mument naturali minħabba memorja teknoloġika. Uħud isostnu li donnu sirna iktar moħħna sabiex naqsmu fuq il-midja soċjali dak li qegħdin nagħmlu, milli biex ngħixu l-mument ma’ dawk l-iktar għeżież għalina.
Ritratt: We All Want Someone To Shout For