Telgħet Fuq Ċint U Waqgħet Ġo Gandott

Illum, għal xi tmienja u kwart ta’ filgħodu, mara ta’ 56 sena resident Marsaxlokk, sofriet ġrieħi gravi wara li telgħet fuq ċint u waqgħet ġo gandott.
Il-Pulizija tat l-assistenza tagħha fi Triq il-Profs. Walter Ganado, Pembroke.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku ta l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.