Tgħanniqa… Għafsa T’Id… Bewsa!
Ħafna huma dawk li jsostnu li llum il-ġurnata donna ntilfet is-sbuħija tas-sempliċità. Donnu l-bniedem sar ifittex aktar affarijiet kumplessi, f’dinja kummerċjali, f’dinja fi ġlieda kontinwa kontra l-ħin.
Jekk kien hemm żmien li reġa’ wera lill-bniedem li l-affarijiet iż-żgħar, l-affarijiet l-iktar sempliċi huma tassew importanti, kien propju ż-żmien tal-pandemija.
Żmien li ġiegħel lil bniedem jirrealizza kemm l-affarijiet sempliċi għad għandhom tifsira fil-ħajja tal-lum. Tgħanniqa… għafsa t’id… bewsa! Affarijiet żgħar, li ma jiswewx flus, iżda li kulħadd ħass in-nuqqas tagħhom fiż-żmien ta’ pandemija!
Ritratt: The Sun