Tilef Il-Kontroll U Laqat Żewġ Vetturi Pparkjati

 Tilef Il-Kontroll U Laqat Żewġ Vetturi Pparkjati

Illum, għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija kienet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Karmnu, Birkirkara.

Irriżulta li ġuvni ta’ 21 sena residenti Birkirakra, tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq, Mazda Demio, u laqat zewġ vetturi tal-għamla Suzuki Swift u Toyota Vitz li kienu pparkjati fl-imsemmija triq.

Ix-xufier ingħata l-assistenza medika fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Ritratt: TVM.com.mt

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com