Tintbagħat Ittra Minn Kumpanija Tal-Assikurazzjoni Lokali Li Ħolqot Allarm
F’ittra li nbagħtet minn kumpanija tal-insurance lokali ntqal mhux ser tibqa’ tinxurja f’każijiet ta’ min jimrad b’mard jittieħed. Dan il-mard ġie msejjaħ ‘communicable disease’. Issa l-Covid-19 hija a ‘communicable disease’. B’hekk anke influwenza normali tiġi communicable disease.
L-Ittra ħolqot allarm fost min għandu din it-tip ta’ assikurazzjoni, speċjalment ‘home loan’ li nkwetaw li f’każ li persuna timrad u tmut bil-Covid-19, l-insurance kapaċi ma tħallas.
Fi kliem sempliċi, jekk persuna għandha life insurance u tmut bil-Covid-19, il-familja titlef darha?! Din kienet il-mistoqsija li qasmu magħna xi qarrejja fejn saħqu li l-kumpaniji tal-assikurazzjoni għandhom ikunu ċari kristall dwar xi jridu jfissru u jekk kemm -il darba qed ibiddlu xi policies fl-insurances tagħhom.