Titjib Ambjentali Fi Ġnien Belvedere Fil-Marsa – Investiment ta’ Nofs Miljun Ewro

 Titjib Ambjentali Fi Ġnien Belvedere Fil-Marsa – Investiment ta’ Nofs Miljun Ewro

Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia ħabbar li se jsir titjib ambjenatli fil-Ġnien Belvedere fil-Marsa, liema proġett qed isir mill-Kunsill Lokali tal-Marsa bl-appoġġ ta’ Ambjent Malta.

Diversi siġar u arbuxelli se jitħawlu fil-ġnien filwaqt li se jsir titjib ta’ ‘soft areas’, inkluż it-tneħħija ta’ veġetazzjoni mhux mixtieqa u l-installazzjoni ta’ sistema ta’ irrigazzjoni.

Il-Ministeru se jipprovdi wkoll għamara għall-ġonna u se jieħu ħsieb ukoll l-installazzjoni tagħha – għamara bħal bankijiet u laned, flimkien ma’ aktar interventi li jinkludu t-tindif tas-sit, xogħlijiet ta’ tħaffir u l-kostruzzjoni ta’ ġibjun tal-ilma, xogħlijiet fuq il-mogħdijiet u pavimentar, l-installazzjoni ta’ tagħmir tad-dawl, tisbiħ, u għamara tat-triq.

“L-infrastruttura ħadra b’mod ġenerali ġġibna eqreb lejn l-ambjent naturali u trawwem sens ta’ identità u benesseri fil-komunità filwaqt li ġġib ukoll benefiċċji ambjentali u ekonomiċi għall-komunità. Il-Gvern qiegħed kontinwament jaħdem biex jimxi lejn infrastruttura aktar ekoloġika u pjanar aktar intelliġenti filwaqt li jkompli jtejjeb iż-żoni ħodor rikreattivi”, saħaq il-Ministru farrugia.

Huwa mbassar li x-xogħlijiet fuq it-tisbieħ tal-Ġnien tal-Belveder se jkunu lesti f’sitt xhur.

Ritratti: DOI/MECP

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com