Tiżdied Il-Fiduċja Fil-Prim Ministru Robert Abela
Fi stħarriġ mill-Maltatoday, jidher li l-Prim Ministru Robert Abela żied il-fiduċja filwaqt li l-Kap tal-Opożizzjoni Bernard Grech naqqasha. Abela ġab 49.6% u Grech ġab 25.7%.
Skont l-istħarriġ, jidher li Robert Abela huwa fdat minn kull faxxa tas-soċjetà, aktar minn Grech u dan jgħodd għall-mappa demografika kollha tal-pajjiż.
L-istħarriġ tal-Maltatoday sar bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa li għaddiet.
Il-Partit Laburista żied l-appoġġ bi 3% għal 44.8%.