Tlett Tlielaq Mill-Island Car Club F’Ġimgħa
Jiem impenjattivi immens għal-Island Car Club hekk kif wara xhur ta’ waqfien minħabba miżuri relatati mal-pandemija issa ser jigu organizzati numru ta’ tlielaq qabel jidħol aktar l-istaġun tas-sajf.
Bejn għada l-Ħadd 30 ta Mejju u l-Ħadd 6 ta’ Ġunju l-Island Car Club ser jorganizza rekord ta’ tliet tlielaq. Għada ser isir l-ewwel rawnd tal-kampjonat nazzjonali England Insurance li ser jiġi organizzat fil-Miżieb limiti tal-Mellieħa.
Is-Sibt 5 ta’ Ġunju l-Island Car Club ser jorganizza is-Solv-It Classic Cars Hillclimb esklussivament għall-membri tal-Old Motors Club, li ser jipparteċipaw bil-karozzi klassiċi tagħhom.
Il-Ħadd 6 ta Ġunju ser jiġi organizzat it-tieni rawnd tal-kampjonat nazzjonali England Insurance. L-avvenimenti tas-Sibt 5 u l-Ħadd 6 ta Ġunju ser isiru l-Imtaħleb limiti tar-Rabat.
Minħabba restrizzjonijiet li għadhom fis-seħħ dawn l-avvenimenti ser isiru mingħajr spettaturi.
Ritratt: Island Club Malta