Traffiku Direzzjoni Lejn Il-Mini Ta’ Santa Venera – Evitawh

Fuq il-paġna Maltese Roads Traffic Updates ittella’ ritratt juri traffiku ħiereġ mill-Marsa Junction f’direzzjoni lejn il-mini ta’ Santa Venera.
Fil-kummenti, hemm bosta li tennew li dan qed iseħħ għaliex ħafna ħaddiema qed jirritornaw fuq il-post tax-xogħol tagħhom u ġie ssuġġerit li tkun idea tajba jekk min jista’ jaħdem mid-dar, ikollu opportunità jagħmel hekk.
X’taħsbu dwar dan?
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ juża toroq alternattivi.