Trustin Farrugia Cann Se Jikkontrolla Italja vs San Marino

 Trustin Farrugia Cann Se Jikkontrolla Italja vs San Marino
Il-FIFA Referee Trustin Farrugia Cann ġie magħżul sabiex nhar l-Ġimgħa 28 ta’ Mejju jikkontrolla l-partita ta’ ħbiberija bejn t-tim Nazzjonali Taljan u dak ta’ San Marino. Din il-partita ser tintlgħab f’ Cagliari.
Ma’ Trustin Farrugia Cann ser ikun hemm ukoll Luke Portelli u Edward Spiteri fl-rwol ta’ assistenti, filwaqt li r-raba’ uffiċajl ser ikun Antonio Guia mil- federazzjoni Taljan.
Din il-partita ser tkun t-tieni waħda internazzjonalment f’dawn l-aħħar xhur wara li f’Marzu li għadda Farrugia Cann kien ikkontrolla l-partita ta’ Kwalifikazzjoni tat-Tazza ta’ Dinja bejn l-Skozzja u Gżejjer Faroe.
Ritratt: MFA
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com