Turist Spiċċa Mdendel F’Għoli Wara Li Pont Tal-Ħġieġ Isir Trab

 Turist Spiċċa Mdendel F’Għoli Wara Li Pont Tal-Ħġieġ Isir Trab

Turist spiċċa mdendel mal-puġġaman tal-ħadid f’għoli ta’ aktar minn 100 metru wara li pont tal-ħġieġ taħtu spiċċa rmied. Il-każ ġara fir-reġjun muntanjuż f’Longjing fiċ-Ċina.

Jidher li l-ħsara fil-pont seħħet kawża ta’ riħ qawwi li qajjem allarm kbir peress li fil-pajjiż hemm iżjed pontijiet simili magħmulha mill-ħġieġ.

Jidher li t-turist irnexxielu jasal sat-tarf, iggwidat minn ħaddiema tal-protezzjoni ċivili. Huwa ttieħed l-isptar għall-osservazzjoni kemm fiżika u anke dik mentali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com