UCL – Finali Fid-29 Ta’ Mejju Bejn Man City U Chelsea.. Sadanittant ‘Dress Rehearsel’ Bejniethom Is-Sibt Li Ġej

 UCL – Finali Fid-29 Ta’ Mejju Bejn Man City U Chelsea.. Sadanittant ‘Dress  Rehearsel’ Bejniethom Is-Sibt Li Ġej

UEFA Champions League – SemiFinali Tieni Leg

Chelsea – Real Madrid 2-0

Se tkun bejn Manchester City u Chelsea l-finali tal-UEFA Champions League għal dan l-istaġun, nhar is-Sibt disgħa u għoxrin ta’ Mejju illi ġej.

Mill-ġdid finali bejn żewġ timijiet Ingliżi sentejn biss wara li Liverpool għelbu lil Tottenham 2-0 fil-finali 2019.

Sadanittant iż-żewġ finalisti jiltaqgħu fil-Kampjonat nhar is-Sibt li ġej f’partita ta’ valur, City biex b’rebħa uffiċjalment isiru Champions tal-Premier League, Chelsea biex fl-eventwalita li ma’ tasalx it-tazza Ewropeja jibqgħu għaddejjin fl-isfida għar-raba’ post u Kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej.

Fl-Ewwel Round fil-Premier League fi Stamford Bridge, Manchester City kienu ħarġu rebbieħa faċilment barra minn darhom bl-iskor ta’ 3-1, kontra Chelsea li iżda dak iż-żmien kienu biss id-dell tal-lum taħt il-gwida tal-eks kowċ Frank Lampard.

Ġimgħatejn ilu ż-żewġ finalisti tal-UEFA Champions League dan l-istaġun iltaqgħu ukoll fis-semifinali tal-FA Cup, Chelsea kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 f’Wembley Stadium.

Sadanittant, l-Erbgħa filgħaxija, b’goal f’kull taqsima Chelsea kisbu rebħa tajba ta’ 2-0 fuq Real Madrid, Spanjoli fqar wisq.

Tmintax-il minuta Chelsea kellhom goal ta’ Timo Werner imħassar għal offside, għaxar minuti wara Chelsea fil-vantaġġ, lob ta’ Kai Havertz niżel fuq il-lasta l-mimduda, lest ixxamplat Timo Werner li b’rasu f’lasti vojta mbotta l-ballun fix-xibka għal 1-0.

Kmieni fit-tieni taqsima Havertz viċin b’daqqa ta’ ras mal-mimduda, Chelsea għalqu l-partita, rduppjaw fil-ħamsa u tmenin minuta, s-sostitut Christian Pulisic lejn Mason Mount, għalih faċli wisq biex tefa’ l-ballun fix-xibka għat-tieni gowl.

Skor finali fi Stamford Bridge, Chelsea 2, Real Madrid 0, Blues jgħaddu b’aggregate ta’ 3-1.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com