UEFA Europa League – Finali Bejn Man. Utd u Villareal

 UEFA Europa League – Finali Bejn Man. Utd u Villareal

Il-Ħamis filgħaxija intlagħbu t-tieni legs tas-semifinali tal-UEFA Ewropa League b’Manchester United u Villareal jaqtaw passaġġ għal finali.

Fl-Emirates Stadium, Arsenal naqsu milli jiskorjaw kontra Villareal biex b’hekk it-tim Spanjol irnexxilu jagħmila għal finali grazzi għar-rebħa fl-ewwel leg ta’ 2 – 1. Kienet partita li fiha l-gunners pruvaw iżda l-maġija ta’ Mikel Arteta ma ħadmitx bit-tim minn Londra jkollu jbaxxi rasu u joħroġ minn din il-kompetizzjoni.

Fl-Olimpico, Roma għelbu lil Man. Utd 3 – 2 madankollu dan ir-riżultat ma kienx biżżejjed sabiex it-tim taljan jikkwalifika għal finali bit-tim Ingliż jagħmila għal finali b’aggregate ta’ 8 – 5.

Kien Edison Cavani li poġġa lill-United fil-vantaġġ fil-39 minuta bl-skor jibqa lis-stess sat-tmiem l-ewwel taqsima. Roma dawwru r-riżultat favur tagħhom b’gowls ta’ Edin Dzeko fil-57 minuta u Bryan Cristante fil-60 minta. Cavani reġa skorja għar-red devils fil-68 minuta iżda s-sostitut Zalewski skorja l-gowl tar-rebħa fil-83 minuta.

 

Ritratt: Independent.co.uk / Juniper Sports

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com