Villareal Rebbieħa Tal-UEFA Ewropa League
Villareal huma ir-rebbieħa tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-UEFA Ewropa League hekk kif ilbieraħ tard filgħaxija huma għelbu lill-Manchester United wara l-għoti tal-penalties.
Kien Gerard Moreno li poġġa lill-Spanjoli fil-vantaġġ fil-29 minuta bl-ewwel taqsima intemmet 1 – 0. Edison Cavani ġab id-draw għar-red devils fil-55 minuta bil-partita tibqa f’parita għal kumplament ta’ disgħin minuta kif ukoll anke fin-nofs siegħa żejda li kellha tingħata sabiex jiġi determinat ir-rebbieħ. Anke il-ħin barrani ma kienx biżżejjed u kellhom jkunu l-għoti tal-penalties li jiddeterminaw ir-rebbieħ.
Kull plejer li kien fil-grawnd kellu jinkariga ruħu minn penalty u wara l-għaxar plejers taż-żewġ timijiet taw u skurjaw kull tenattiv kien imiss lill-goalkeepers taż-żewġ naħat li jippruvaw it-tentattiv tagħhom. Geronimo Rulli irnexxilhom jegħleb lil David De Gea iżda De Gea ma rnexxilux jagħmel lis-stess biex b’hekk Villareal skorjaw 11 minn 11 il-penalty filwaqt li Manchester United skurjaw 10 minn 11.
Fit-tmiem il-partita Aleksander Čeferin, President tal-UEFA, preżenta t-trofew lill-Villareal.
Ritratt: Pool – Reuters