Waqa’ Għoli Ta’ Madwar Żewġ Sulari F’Birkirkara
![Waqa’ Għoli Ta’ Madwar Żewġ Sulari F’Birkirkara](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2020/09/mater-dei-850x528.png)
Għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna li waqgħet fi Triq in-Naxxar, Birkirkara.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel Sirjan, waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari ġo residenza privata.
Ir-raġel ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Birkirkara.