Waqa’ Minn Sellum Waqt Li Kien Qed Jaħdem Fuq Barra Ta’ Dgħajsa

Taljan ta’ 58 sena residenti Birżebbuġa, għal xi l-għaxra neqsin kwart ta’ filgħodu ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għax weġġa’ waqt li kien qiegħed jaħdem fi Triq il-Port, iż-Żebbuġ, Għawdex.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li r-raġel waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jaħdem fuq barra ta’ dgħajsa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: Ministeru tas-Saħħa