Waterpolo – It-Tim Nazzjonali Malta U15 Viċin Kwalfikazzjoni Storika

 Waterpolo – It-Tim Nazzjonali Malta U15 Viċin Kwalfikazzjoni Storika
It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo ta’ taħt il-ħmistax il-sena jinsab viċin li jikkwalfika għal fażi finali tal-Kampjonati Ewropej li ser isiru f’Lulju li ġej fil-Portugall wara l-ilbieraħ it-tim Malti taħt il-gwida ta’ Anthony Farrugia għeleb lill-Slovenja 17 – 4.
Minkejja bosta ċansijiet ta’ skor, Malta rebħet l-ewwel sessjoni 2 – 1 iżda t-tim Malti żied fit-tieni taqsima fejn rebaħ 4 – 0 għal skor ta’ 6 – 1 sa’ nofs il-logħba.
Aktar ma jmur it-tim Malti beda juri s-superjorita tiegħu fejn rebaħ it-tielet sessjoni 4 – 1 u l-aħħar waħda 7 – 2 għal skor finali ta’ 17 b’4.
L-aħjar skorer għal Malta kien Jayden Cutajar b’9 gowls, Enrico Mallia b’żewġ gowls filwaqt li kellna gowl kull wieħed minn Jayden Cassar, Elijay Schembri, Luigi Dimech, Lee Montebello u Zak Cutajar Licari.
Aktar tard illum Franza tilgħab kontra Slovenja fejn draw jew rebħa għal Franza tpoġġi lill-Malta fil-fażi finali li ser isir fil-Portugall bejn l-4 u l-11 ta’ Lulju li ġej.
Malta terġa tkun fl-azzjoni għada fejn fil-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq tilgħab kontra Franza fl-10:30am. Din il-partita ser tkun deċiżiva għal minn jerbaħ il-grupp.
Ritratt: ASA / Rita Azzopardi
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com