Waterpolo – It-Tim Nazzjonali Ta’ Taħt il-15 il-sena Fl-Azzjoni Fit-Tmiem il-Ġimgħa

 Waterpolo – It-Tim Nazzjonali Ta’ Taħt il-15 il-sena Fl-Azzjoni Fit-Tmiem il-Ġimgħa

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Sport Akwatiku ħabbret l-għażla finali għat-tim li ser jirrappreżenta lil Malta f’Grupp C tal-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-15 il-sena.

Il-Kampjonati, li ser jinżammu taħt l-awspiċi tal-Ligue Européenne de Natation (LEN), kienu ġew posposti minn Marzu minħabba l-pandemija Covid-19.

Il-Kowċ tat-Tim Nazzjonali Anthony Farrugia esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-preparazzjoni tat-tim. Id-dedikazzjoni murija mit-tim, l-kowċis u l-uffiċjali tagħhom kienet ta’ min ifaħħarha. Għalkemm it-tim kien nieqes mill-esperjenza tal-logħob, ma kienx hemm nuqqas ta’ taħriġ fiżiku u l-iskwadra kienet qed tittrenja regolarment bi tħejjija għal dawn il-logħob.

Farrugia esprima l-gratitudni tiegħu lejn l-ASA, Sport Malta, il-Ministeru tas-Saħħa u d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u faħħar il-kollaborazzjoni bejn l-entitajiet sabiex jiġi żgurat li t-tim ikun ippreparat mill-aħjar minkejja ċ-ċirkostanzi attwali.

L-skwadra magħżula hija din:-

Dale Galea Mule, Luigi Dimech, Isaac Azzopardi, Gabriel Bonavia, Jayden Cassar, Dean Bugeja, Zak Cutajar Licari, Jayden Cutajar, Elijah Schembri, Cain Miguel Cutajar, Lee Brownrigg Montebello, Enrico Mallia, Myron Brimmer u Julian Chircop.

Sabiex Malta tikkwalifika għall-finali li ser isiru f’Loule l-Portugall bejn l-4 u l-11 ta’Lulju, t-tim Malti ser jkollu bżonn jirbaħ mill-inqas logħba waħda. Madankollu, in-numru ta’ gowls huwa importanti, dan minħabba li d-differenza fil-gowls tiġi meqjusa fir-riżultati wara li jsiru l-logħobiet kollha.

Il-kompetizzjonijiet se jsiru bil-bibien magħluqa iżda se jkunu qedin jintwerew live fuq il-YouTube Channel tal-ASA. Logħbiet se jsiru f’din l-ordni:-

Il-Ġimgħa 28 ta’ Mejju – 18:30 – Malta vs Slovenja

Is-Sibt 29 ta’ Mejju – 18:30 – Slovenja vs Franza

Il-Ħadd 30 ta’ Mejju – 10:30 – Malta vs Franza

 

Ritratt: ASA / Rita Azzopardi

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com