X’Inkixef Fil-Belt Valletta Bħal-Lum?

 X’Inkixef Fil-Belt Valletta Bħal-Lum?

Bħal-lum 8 ta’ Mejju tal-1927, kien inkixef il-Monument tal-Assedju l-Kbir; xogħol tal-artit bravissimu Antonio Sciortino. Dan jinsab quddiem il-bini tal-Qorti fil-Belt Valletta.

Il-Kap tal-Ministeru Sir Ugo Mifsud tkellem dwar is-sinifikat tal-monument li nkixef mill-Gvernatur Sit Thomas Van Best.

Il-Monument tbierek mill-Arċisqof Dom Mauro Caruana. Il-Prim Imħallef Sir Arturo Mercieca u Patri Anastasju Cuschieri O. Carm (Senatur), kienu għamlu diskors tal-okkażjoni.

Il-monument juri figura fin-nofs li tirrappreżenta lil Malta b’tarka f’idha. Dan huwa simboliżmu fejn Malta bl-Assedju l-Kbir ipproteġiet lill-Ewropa (figura fun naħa) u r-reliġjon Kattolika (figura fuq naħa oħra).

Ritratt: Pinterest/ Carlos Braga

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com