Żewġ Ġermaniżi Fis-Sakra Telgħu Fil-kampnar U Daqqew Il-Qniepen

 Żewġ Ġermaniżi Fis-Sakra Telgħu Fil-kampnar U Daqqew Il-Qniepen

Żewġ Ġermaniżi li allegatament kienu fis-sakra, dalgħodu għall-ħabta tal-5.00 telgħu mal-faċċata tal-Knisja Kolleġġjata ta’ Marija Bambina tan-Naxxar, qabżu fil-kampnar u daqqew il-qniepen.

Jidher li huma telgħu mal-iscaffolding li bħalissa huwa armat peress li għaddej restawr fuq il-faċċata tal-Knisja.

Ġew infurmati l-pulizija minnufih u jidher li malli ż-żewġ persuni lemħuhom, dawn qabżu għal fuq il-bejt tal-Knisja.

Huma ġew arrestati. Il-pulizija tad-distrett kienu mgħejjuna minn uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com